Illum għeluq snin Daniel Chircop, id-Dan ta' Danusan biex nifthemu aħjar! Illum il-ġurnata Daniel huwa wiċċ familjari ma' bosta semmiegħa u telespetatturi, tant hu hekk li s-segwaċi tiegħu u Sander huma numerużi!

Ritratt: Facebook / Danusan

Daniel illum jiċċelebra għeluq is-36 sena. Wieħed jista' jgħid li lil Daniel rajnieh jikber fuq it-televiżjoni b'tant u tant karattri differenti tul is-snin fuq programmi differenti! Wieħed mill-aktar karattri vivaċi tiegħu hu l-Fuzzy!

Kieku kellna nsemmu l-karattri kollha li Daniel interpretata ma nieqfu qatt! F'isem Gwida.mt nawguraw lil Daniel f'għeluq sninu u nawgurawlu fl-avventura ġdida tiegħu. Nibqgħu nsegwu l-avventura ta' Daniel fuq il-midja soċjali ta' Danusan!

Facebook / Danusan


Emil Calleja Bayliss