Racquel u Josh, magħrufin l-iktar mit-tieni staġun ta’ Love Island, illum kellhom ġurnata speċjali fejn irnexxielhom jitgħallmu ftit iktar dwar il-familja Maltija tagħhom. Huma żaru lit-tewmija tan-nannu tagħhom li kienet eċċitata ferm biex tispjegalhom kollox.

Racquel kitbet, “Josh Gatt u jien żorna lit-tewmija tan-nannu tagħna fis-Siġġiewi u wisq għoġbitni d-dar tagħha. Għandha dar vera ħelwa u ta’ stil antik.”

Hi kompliet, “Għednilha li diġa kilna u għalhekk kellha tkun ċerta li ttina l-għaġin il-forn, bigilla, trifle, u Kinnie biex neħduhom magħna d-dar. Kemm nieħu pjaċir nitgħallem iżjed dwar l-istorja ta’ familti – hi mimlija stejjer affaxxinanti u affarijiet żgħar x’niskopru. Għandha talent kbir tħit l-ilbiesi tagħha u tagħmel il-kpiepel tagħha stess. Nispera li tgħallimni. Għandha ruħ verament sabiħa.”

Żgur kienet esperjenza tal-ġenn għalihom li jitgħallmu iktar dwar l-istorja Maltija tagħhom! Wisq dehret ħelwa z-zija tagħhom tispjegalhom kollox!

Instagram / racquelthaila


Gabriella Borg