L-imħabba ma tiswiex flus jgħidu…iżda biex tiżżewweġ illum, trid l-eluf! Kemm taħseb li kienu jonfqu biex jiċċelebraw din il-ġurnata speċjali, aktar minn 80 sena ilu?

Qiegħed jiċċerkola, kont tat-tieġ bid-data l-Erbgħa 10 ta’ Mejju 1933, u meta tistudjah ftit, issib li bi ftit liri kienu jagħmlu festa, litteralment!

Il-kont kien jinkludi, l-kejk tat-tieġ, ġelat, Pan di Spagna, frott, biskuttini, pastini, perlini u ċikkulatini. Apparti l-ikel, il-kont jinkludi wkoll karozza u fattiga. B'kollox il-kont ġie ftit aktar minn 9 liri Ngliżi!

Il-kejl ta' ftit mill-ikel ordnat, jinsab bir-ratal, li huwa kejl Brittaniku ekwivalenti għal madwar 794 gramma.

Fost il-prezzijiet interessanti nsibu li l-kejk tat-tieġ sewa' biss żewġ liri u 10 xelini, u dan kien jinkludi l-fjuri u l-kolonni, filwaqt li ratal u nofs ċikkulatini, li jiġi madwar 1.2kg, swew 6 xelini biss!

Kemm żdiedu affarijiet minn dak iż-żmien l’hawn ġo tieġ! Nar tal-ajru, fotografija, mwejjed ma jispiċċaw qatt tal-laħam, ġobon, ħelu, kafe', irtokk u xagħar, l-organizzatur…

...insomma, l-lista saret ma tispiċċa qatt!

Facebook / Rachel Borg


Luke Borg