Fuq il-paġna uffiċjali t-tim ta' Noli tefa' dettalji dwar karattru li mid-dehra ser ikun qed jispikka fil-produzzjoni u fl-istorja li qed tiżvolġi - Philip Roġer Triganza! Fil-fatt Philip rajnieh diġà madwar 9 snin ilu fuq D.R.E.A.M.S, produzzjoni ta' Rewind Productions.
"Is-Surġent Philip Roġer Triganza - Kemm kiber Philip tagħna minn l-aħħar li rajniħ fi “Dreams”. Min dak iż-żmien lil hawn, Philip gradwa u sar parti mill-iskwadra tal-omiċidji tal-Korp tal-pulizija. Philip issibu dejjem fil-laboratorju tal-forensika, jifli bir-reqqa kull dettal li jkunu ġabru Matthew Myko u Carol minn fuq il-post tad-delitt. Karattru partikolari għall-aħħar iżda bniedem intelliġenti ħafna u skoperta min tiegħu mhux l-ewwel darba li biddlet l-andament ta' xi investigazzjoni."
Kontu għaraftuh intom?