Ilbieraħ Malta rat l-agħar numru ta’ każijiet pożittivi f’ġurnata - dak ta’ 204. Fejn pajjiżi oħra, dan in-numru forsi jidher ftit. Imma ma ninsewx li l-popolazzjoni ta’ Malta hi ta’ 493,000 biss. Allura ikkumparat mal-popolazzjoni ta’ pajjiżi oħra, kemm jiġu ekwivalenti l-204 każ tal-bieraħ?

Il-paġna ta’ Gerald Fenech fuq Facebook żvelat in-numri. Kieku kellna l-popolazzjoni daqs tar-Renju Unit, dan jiġi daqs li kieku nstabu 27, 336 każ pożittiv f’ġurnata waħda. Gerald Fenech ippubblika wkoll in-numru ekwivalenti li kieku nstab fil-popolazzjoni ta’ Franza, l-Italja jew il-Ġermanja.

Dawn il-paraguni għandhom ituna perspettiva aħjar dwar is-sitwazzjoni ta’ pajjiżna. Jgħinuna wkoll nirrealizzaw kemm verament għandna nieħdu l-affarijiet aktar bis-serjetà. Il-mard mhux ta’ min jiċċajta miegħu.


Nicole Barbara