Michela Galea, il-kantanta, l-attriċi u mudella lokali, għaddiet messaġġ mill-isbaħ lill-għażiża ommha. Din il-ġimgħa, ommha ċċelebrat jum il-gradwazzjoni tagħha. Mhu qatt vjaġġ faċli u kulħadd isib xi ostaklu jew ieħor, iżda kultant jinqalgħu ftit aktar ostakli minn kemm wieħed jistenna.

Jum il-gradwazzjoni hu ta' sodifazzjon għall-persuna li qed tiggradwa u wkoll ta' sodifazzjon għal dawk l-aktar qrib. Michela esprimiet il-ferħ tagħha lil ommha li minkejja numru ta' ostakli waslet sabiex gradwat għat-tieni darba.

Michela kitbtilha, "Kemm jien kburija bik! Int tispirani mmens! Ma kienx vjaġġ faċli għaddejja b'xogħol full-time, tieħu ħsiebna u twettaq ix-xogħol tad-dar u wkoll esperjenzajt il-mewt tal-ġenituri tiegħek waqt li qed tikteb id-disertazzjoni tiegħek. Int iffaċċjat din l-isfida b'saħħa u determinazzjoni! Ħaqqek!"

Michela tagħlaq bil-kliem, "Jiena ċerta li n-nanna u n-nannu qed jifirħu għalik fis-sema jaraw lil binthom tiggradwa għat-tieni darba."

Facebook / Michela Galea


Emil Calleja Bayliss