Fuq il-paġna ta' Ftit Minn Kollox, in-narratur qasam ħsieb daqsxejn kiefer għaliex ġibdilna l-attenzjoni dwar il-fatt li donnu l-bniedem iżjed jagħti mportanza lil persuna wara l-mewt milli l-ħajja.
Hu kiteb, "Kemm hu stramb il-bniedem. Jargumenta mal-ħajjin u jagħti l-fjuri lill-mejtin. Jagħmel snin ma jkellimx lil xi ħadd ħaj, u meta jmut jagħtih ġieħ. M’għandux ħin iżur lil xi ħadd ħaj, imma jattendi għall-funeral tiegħu. Ma jċempilx, ma jgħannaqx, ma jimpurtahx minn persuna ħajja, imma jiddispra meta jiffaċċja persuna mejta. Kważi japprezza iżjed il-mewt milli l-ħajja."
Huwa tassew ħsieb li jġiegħlna nirriflettu dwar x'inhu vera mportanti fil-ħajja għaliex wara kollox, ma tistax iġġib persuna lura mill-mewt imma tista' tapprezzaha sakemm tkun għadha magħna.
Facebook / Ftit Minn Kollox