Fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Maria La Barokka Muscat fetħet qalbha dwar xi tqis bħala xi ħaġa mill-iktar attitudnijiet importanti fil-ħajja. Hi spjegat kemm tapprezza mentalità pożittiva u kif dejjem tiftakar titlob lil ommha u lil missierha kull filgħodu.
Hi spjegat, “Kemm hi sabiħa l-ħajja jekk tagħraf tapprezza kull ġurnata u taħseb fil-pożittiv. Kif inqum ngħid bonġu lill-ommi Polly u missieri Mario u nitlobhom iħarsuna. Niffukaw fuq il-ħafna tajjeb, u nirringrazzjaw lil Alla dejjem.”
Il-ħajja mhux dejjem hi faċli imma jekk titgħallem tħares lejha b’mod pożittiv, se tibda tapprezza kull mument fil-ġurnata. Nirringrazzjawha ta’ dan il-kliem profond!
Facebook / Maria La Barokka Muscat