Il-paġna Archdiocese of Malta qasmet il-ħsibijiet li l-Arċisqof qasam mal-persuni li attendew il-quddiesa, fejn kien hemm ukoll preżenti membri mill-Istitut Sekulari Spiglatriċi Della Chiesa f’għeluq is-60 sena tiegħu f’Malta.
Il-paġna spjegat, “Fil-ħsieb tiegħu llum, l-Arċisof jgħid li fil-ġenituri tagħna u f’ħafna mil-lajċi impenjati fil-Knisja naraw dak li jipprova jgħallimna l-Mulej: min irid ikun l-ewwel, irid ikun qaddej ta’ kulħadd.”
Il-kliem tiegħu kienu, “Immaġinaw l-omm li qed taqleb il-platt tal-ikel u l-aħħar platt li taqleb ikun tagħha; tgħallmet fl-iskola tal-imħabba toqgħod wara kulħadd, tkun qaddejja ta’ kulħadd. Kemm għandna x’nitgħallmu mill-ommijiet u l-missirijiet tagħna!”
Kliem tassew sabiħ mill-Arċisqof li jfakkar u japprezza s-sagrifiċċji li jagħmlu l-ġenituri għat-tfal tagħhom.
Facebook / Archdiocese of Malta