Matthaeus Grasso huwa Kowċ u xjentist tal-eżerċizzju. Hu jgħin lin-nies jaslu għall-għan tagħhom li jsiru iktar b’saħħithom, u jonqsu mill-piż, fost għanijiet oħra li wieħed jista’ jkollu fuq saħħtu.

Iillum it-18 ta’ Settembru ser tkun waħda mill-isbaħ ġranet għalih, hekk kif hu u l-maħbuba tiegħu Shale Fenech iżżewġu ġewwa l-Bażilika ta’ Santa Liena, Birkirara, fis-2:30p.m.

Il-koppja ltaqgħu flimkien 11-il-sena ilu, u minn dakinhar ‘l hawn qasmu ħajjithom flimkien.

“Grazzi Kbira lill-Familji tagħna tal-Imħabba, tax-Xogħol u Effort li għamlu minn meta jien u Shale ltqajna 11-il sena ilu” kiteb Matthaeus fuq il-midja soċjali tiegħu qabel it-tieġ


Nicole Zammit