Il-preżentatriċi u kantanta tal-country Marisa D'Amato ħalliet status wara li ħarġu l-miżuri l-ġodda fejn qalet, "Kelma waħda għandi għalikom. OBDU!! Ħa naraw kemm aħna ddixxiplinati..."
Taħt l-istess status, Marisa tkompli tikeb u tispjega s-sitwazzjoni tagħha. "Jiena tlift ix-xogħol kollu li kelli minn Marzu lil hawn, tħassar il-kant kollu li kelli barra minn Malta ,f'diversi pajjizi u obdejt. Smajtuni ingorr? Smajtuni ngħid li ġejt bla paga? Le hux?"
Hi tistqarr għaliex ma għamlitx dan, "Għaliex nifhem iċ-ċirkustanzi. Imma imbagħad nippretendi serjetà. Iva, irrabjata għaliex naf li kien hawn ħafna li ma tawx każ, li ġrew 'l hawn u 'l hinn kemm felħu u ara x'ġara. Kull fejn tmur nies ta' kull età bla maskri. Iva, obdu u min ma jobdix iħallas il-multi."
Facebook / Marisa D'Amato