Kellymni: Episodju 50 – Abigail Vick
“Taf li għandek bużżieqa kbira f'żaqqek li trid tneħħi”
Abigail Vick, tingħaqad ma' Melanie Kelly fuq Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida. Hi titkellem dwar l-isfidi li ltaqgħet magħhom meta kienet qed tikber, kemm meta kienet fil-Primarja, kemm fis-Sekondarja u anke meta kienet tattendi l-Junior College. Donnu dejjem kienet tħossha vittma tal-bullying, għalkemm forsi mhux dejjem ħasset l-effett tiegħu dirett. Hi titkellem ukoll dwar operazzjoni li kellha bżonn riċenti, operazzjoni li qatt ma bassret jew immaġinat li se tgħaddi minn xi ħaġa hekk.