Illum jaħbat jum speċjali fil-familja Gaffiero, hekk kif bħal-lum 26 sena ilu twieldet Tiziana! Ivan ħa ħsieb jiktbilha messaġġ mill-qalb bħas-soltu fejn fih juri l-imħabba u l-għożża li għandu lejha. 

"Kien is-16 ta Settembru ta 26 sena illu, meta erfajtek l-ewwel darba, habbejtek min kif jien u ommok sirna nafu li sa ssiru genituri . Kelli genn biex narak f'idi, stennejtek."

Ivan ikompli jgħid li qatt ma tatu inkwiet Tiziana! Jiddeskrivieha bħala tifla kwieta u li forsi ġieli kellhom ftit argumenti normali. Ivan jiktbilha li jinsab kburi immens biha u b'dak kollu li qed tagħmel f'ħajjitha u fil-karriera. "Issa kbirt hafna, mintiex dik it-tifla zghira . Ghandek xoghol tajjeb hafna u kburi bik mod specjali meta nisma min ifahrek . Jibqa dejjem dak li int , b'dak il-karatru . J'Alla nibqaw ingawdu lil-xulxin ghall hafna snin ohra ."

Awguri mill-qalb Tiziana!


Kyle Zarb