Ħafna persuni, fosthom ommijiet kitbu fuq il-midja soċjali dwar il-qtugħ tad-dawl li esperjenza fil-lejl li għadda. Sigħat twal b'sħana tremenda u insapportabbli, u l-agħar biċċa bit-tfal żgħar ma jistgħux jorqdu.

Is-sit Lovin Malta rrappurtaw dak li rrakkuntat omm partikolari li esperjenzat 13-il siegħa mingħajr elettriku. Kawża ta' dan, uliedha ma setgħux jissaportu s-sħana, u kellha tara kif tagħmel teħodhom x'imkien fil-frisk. L-omm kellha taqbad lil binha ta' sena u nofs u tieħdu ġol-karozza biex ma jħossx sħana u forsi jirnexxielu jorqod. L-omm kritikat lil dawk konċernati u qalet li hi tal-mistħija s-sitwazzjoni li qed isibu ruħhom fiha.

df

Ritratt: Glen Bowman

Hawn min qed jesperjenza dan kollu aktar minn lejl wieħed u għal sigħat twal. Omm oħra wkoll kellh tieħu lil binha ta' seba' xhur biss fil-karozza tard bil-lejl, minħabba s-sħana kbira li ma ħallitux jorqod. Din l-omm taqbel li hi tassew tal-mistħija, minkejja li hi u binha damu ftit sigħat fil-karozza taħt l-AC. 

L-Enemalta avżaw dwar il-qtugħ ta' dawl li se jkun hemm fil-jiem li ġejjin, minħabba ż-żieda fid-domanda mill-pubbliku stess. Huma taw spjegazzjoni dwar din is-sitwazzjoni. Ara aktar HAWN

Facebook/ Peak Family Chiropractic


Gwida.mt