L-Assoċċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati għandha bosta klieb li jixtiequ jsibu dar mimlija imħabba, u familja li lesta tagħmilhom parti minnha. Wieħed minn dawn il-klieb huwa Rex, li għandu 12-il sena. “Qalbna tinqasam għal dawn il-klieb xjuħ li ma ħaqqhomx jispiċċaw bla dar fl-aħħar snin u xhur ta’ ħajjithom” kitbet il-paġna uffiċċjali tal-assoċċjazzjoni. Dan il-kelb ma ġiex abbandunata madanakollu, imma sidu ħalla din id-dinja.

Jekk ma tistax taddotta imma tixtieq tagħti donazzjoni, ara hawn taħt għal iktar informazzjoni.


Nicole Zammit