Il-ġurnalist Keith Demicoli u l-mara tiegħu Alexia, dalgħodu ipparteċipaw fil-ġirja annwali ta’ 5 kilometri madwar Ħ’Attard.
Keith jgħid li għaqqad il-passatemp favorit tiegħu flimkien mal-imħabba ta' ħajtu. Jgħid ukoll li bħar-relazzjoni, huma qablu wkoll fuq 'regoli' qabel bdew. Waħda minn dawn jidher li kienet li dak li jiġri b'pass mgħaġġel għandu dejjem iħalli lill-persuna l-oħra tiġri l-ewwel.
Keith jawgura lil Alexia talli lestiet il-ġirja fi 28 minuta u 28 sekonda, b’titjib ta’ 2 minuti mis-sena l-oħra.
Facebook / @demicolikeith