Għalkemm m’għadux jaqra l-aħbarijiet ta’ kuljum, jidher li Keith Demicoli ma setax joqgħod wisq ‘il bogħod milli jagħti lill-pubbliku aħbarijiet differenti. Din id-darba se jkun qed jagħtina aħbar differenti minn li kien jagħtina qabel.

Keith Demicoli se jkun il-preżentatur għal ‘Aħbar Tajba’, programm ġdid li ser jibda jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fid-disgħa ta’filgħodu fuq TVM. Dan il-programm se jkun qed jiffoka fuq l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes Maltin fil-Ħdud u l-Festi u ser jinkludi wkoll filmati li ser juru t-teżori li għandna f’Malta relatati mal-ambjent, il-knejjes u postijiet ta’ interess fost oħrajn.

Fr. Louis Mallia se jkun qed jispjega l-Evanġelju u ġieli se jkun hemm persuni oħra li se jkunu mistiedna għal dan il-programm.


Henzley  Bezzina