Keith Demicoli, żgur li mhux wiċċ ġdid u llum il-ġurnata hu wieħed mill-ġurnalisti prominenti f’pajjiżna. Fuq post fuq il-midja soċjali, Keith qasam l-aktar mument imbarazzanti fil-karriera tiegħu u dan ma tantx ilu! Lura fl-14 ta’ Settembru tal-2017, Keith kellu l-privileġġ li jintroduċi 13-il president minn madwar l-Ewropa! Għalih kien mument li verament kien ħerqan għalih u ħassu preparat ferm.
Waqt l-imbierka introduzzjoni Keith semma’ l-president kollha... ħlief wieħed! Kien nesa’ l-president Bulgaru. Keith jgħidu li mill-ewwel induna bl-iżball li ħa, tbissem u b’wiċċu aħmar nar skuża ruħu. L-eċċelenza tiegħu flimkien mal-mistiedna l-oħra daħku għax indunaw li kien verament żball ġenwin. Kieth jispiċċa billi jgħid li ħadd mhu perfett li fil-ħajja hu aċċettabli li wieħed jagħmel żball.
Facebook / Keith Demicoli