“Mhux faċli imma worth it” hekk kiteb il-preżentatur popolari Keith Demicoli fuq ‘my story’ tal-instagram tiegħu fejn kien qed jirreferi għar-relazzjoni tiegħu ma’ bintu fejn wieħed jista’ jimmaġina fid-dinja tal-lum, aktar u aktar meta tkun fl-għajn tal-pubbliku l-ħin kollu, kemm il-ħajja tista’ ssir iżjed ta’ sfida. Ovvjament l-adoloxxenza nnifisha fiha l-isfidi tagħha wkoll.

Madanakollu Keith xorta waħda jsib ħin biex iqattgħu ma’ bintu u jagħti pariri ta’ valur biex jgħinuna nagħmlu l-ħajja ftit aktar pjaċevoli u b’valur.

Isemmi li fil-mument li jkollok ma’ wliedek għandek tħalliehom jitkellmu, tiddiskuti u mhux tiddetta u tagħmel l-appuntament wieħed pjaċevoli u mimli eċitament.

Għal dan il-fatt, Keith u bintu għażlu li jagħmlu sessjoni ta' eżerċizzju flimkien. Aħna ta' Gwida nawgurawlek Keith kif ukoll lil bintek li mid-dehra tħobb l-eżerċizzju bħalek. Iddakkret minnek Keith! 

Filmat: Keith Demicoli/Instagram


Clifford Galea