Keith Demicoli flimkien ma' bosta personalitajiet oħra fosthom atturi, preżentaturi, ġurnalisti u xandara qed jagħmlu appell biex ngħinu nsalvaw ħajjet ħaddieħor billi nkunu donaturi tal-organi tagħna wara mewtna. Il-clip li juri dan l-appell tassew mill-qalb, sar fuq inizjattiva tal-Audi Malta Music Awards bil-kollaborazzjoni tal-'Organ Donation Unit.'

"Fil-ħajja m'hemmx isbaħ milli tagħti, u bid-donazzjoni tiegħek inti tista' ssalva l-ħajja ta' 8 persuni oħra," jgħid Keith Demicoli. Ara l-messaġġ sħiħ li għaddew dawn il-personalitajiet... Be a doer, be a donor!

Ritratt: Facebook/ Keith Demicoli


Clifford Galea