Wara li lbieraħ il-kantant lokali Malcolm Pisani ngħaqad mal-Ordni ta’ San Ġwann bħala Kavallier, il-maħbuba tiegħu Kim Cutajar qasmet kelmtejn mill-qalb biex tesprimi kemm hi kburija bih.

"Kburija bih immens... Is-Sibt li għadda, hu kiseb uffiċjalment it-titlu ta’ Chev, u ma nistax inkun aktar ferħana nara l-ħidma qawwija, id-dedikazzjoni, u l-passjoni tiegħu jħallu l-frott. Li narak tikber u tilħaq il-ħolm tiegħek jispirani kuljum.
Prosit qalbi, inti ħaqqek dan u ħafna aktar!"

Prosit mill-ġdid Malcolm!


Kyle Zarb