Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kiteb ix-xewqat sbieħ tiegħu lill-għażiż ibnu Neil, li qed jiċċelebra għeluq sninu. Fil-messaġġ li ħallielu hu jesprimi kemm hu kburi bir-raġel li sar u b'dak kollu li qed iwettaq u jikseb f'ħajtu.
"Għażiż Neil, Kull mument miegħek huwa uniku. Taf tħobb, taf tagħder, taf tisma’. Kburi bir-raġel li sirt u bil-karattru ġentili tiegħek... Kull missier għandu xewqa waħda Li wliedu jkunu aħjar minnu. Dak kien l-għan tiegħi u dak ser jibqa’ dejjem."
Bernard ikompli billi jagħti parir lil ibnu Neil biex jibqa' dejjem kuraġġuż u jħares 'il quddiem isib x'isib tul it-triq. "Tibżax mill-wied għax minnu titla’ fil-quċċata Tistkerrahx id-dlam għax bih tagħraf id-dawl Taħrabx mis-sagrifiċċju għax huwa t-triq għas-suċċess."
Awguri Neil!