Illum jaħbat għeluq snin l-attur bravissimu maħbub Ivan De Battista! Għall-okkażjoni martu Simone xtaqet tawguralu u tħallilu messaġġ.

"Illum hija ġurnata speċjali għalik għax huwa l-jum t'għeluq sninek. Kbirna flimkien u Jalla nixjieħu flimkien. Grazzi ta' kull ma tagħmel miegħi u mat-tfal. Awguri f'għeluq sninek Ivan, Inħobbuk ħafna"

Fost ir-ritratti li xerrdet hemm dak tal-familja De Battista kollha f'okkażjoni speċjali! Ritratt mill-isbaħ u li tassew juri l-għaqda u l-imħabba li hemm bejniethom. 

Minn qalbna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Ivan l-isbaħ xewqat! Ħerqana biex naraw kemm lilu kif ukoll lil martu Simone f'aktar produzzjonijiet fil-ġejjieni!


Kyle Zarb