Paul Perigin ġietu l-idea li jagħmel karus forma ta’ wieħed mill-blokok t’appartamenti li għandhom Puttinu Cares ġewwa l-Ingilterra. Dan il-karus kien tqiegħed ġewwa waħda mis-swali tal-isptar Mater Dei, u kull donazzjoni tmur għal persuna li jkollha bżonn xi għajnuna finanzjarja.

Ilbieraħ infetaħ dan il-karus għall-ewwel darba biex jaraw kemm għandhom donazzjonijiet s’issa, u sabu s-somma sabiħa ta’ €4,473. Dawn il-flus ser jintużaw għall-appartamenti ġodda f’Londra.

“Grazzi lil dawk kollha ta’ qalb ħelwa u ġeneruża li jagħtu d-donazzjonijiet” kitbet il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares fuq Facebook, flimkien ma’ xi ringrazzjamenti oħra.


Nicole Zammit