Kif kulħadd jaf, Division 7 ser jasal fi tmiemu propju għada l-Erbgħa fit-20:30 fuq One. Għal ħafna huwa swied ta' qalb li ser jaraw din il-produzzjoni tieqaf ħesrem, wara snin isegwu l-istorja. It-tim ċertament li wkoll tfisser ħafna għalih din il-produzzjoni. 

Għalkemm għada huwa tal-aħħar, it-tim għandu sorpriża għat-telespettaturi! Karattru ġdid bl-isem ta' Ivy. Dan il-karattru jidher li ser ikun wieħed tajjeb ħafna, u fuq il-paġna uffiċjali t-tim jikteb, "Hasra li dan il-karattru dahal biss ghal episodju wiehed!" Kif taħsbu li ser tidħol fl-istorja Ivy?

Ħerqana għall-aħħar episodju? Segwu dan il-filmat jekk għadkom ma rajtuhx fejn jinwerew biċċiet minn dak li ser jiġri.


Kyle Zarb