L-attur Aaron Fenech għadu kemm wasal fi tmiem kors li għamel mal-Istituzzjoni tal-Edukazzjoni, fejn studja l-Baċellerat tal-Edukazzjoni Primarja.
Aaron jirringrazzja lill-istituzzjoni u lil sħabu kollha li sabhom ta' appoġġ u spalla waqt l-istudju. Bla dubju jirringrazzja lill-imħabba ta' ħajtu Sindel, u lill-familja li dejjem isibhom hemm.
"Kapitlu ieħor magħluq, B.Ed Primary 2020-2024... Għal li jmiss," kiteb Aaron. Hu xerred anke żewġ ritratti wara li għadu kemm lesta u ssottometta t-teżi tiegħu. Wieħed minnhom jidher ma' tnejn minn sħabu li l-aktar ħadmu flimkien u għenu lil xulxin fl-istudju.
Awguri mill-qalb Aaron!
Facebook/ Aaron Fenech