Il-kantant lokali Dominic Cini għadu kif ħareġ kanzunetta ġdida tal-Milied bl-isem Ingawdu l-Milied, kompożizzjoni tiegħu stess fuq kliem miktub minn Etienne Micallef. Din il-kanzunetta tiġbor fiha l-essenza tal-maġija tal-Milied, filwaqt li tesprimi t-tradizzjonijiet u l-attivitajiet li jagħmlu l-Milied f'Malta uniku u speċjali.

Fil-kanzunetta, hu jirrakkonta l-ferħ tal-familji Maltin li jinġabru madwar il-mejda għal ikliet sbieħ, id-dawl tal-Milied li jżejjen it-toroq u l-irħula tagħna, u l-imħabba li tinħass fost il-ġirien u l-ħbieb. Ingawdu l-Milied tfakkarna wkoll li l-Milied mhux biss żmien ta’ festi u rigali, imma mument ta’ riflessjoni wkoll.

Il-mużika tal-kanzunetta hija mimlija melodiji ħelwin u ħoss festiv li jfakkar fil-kanzunetti klassiċi tal-Milied li tant inħobbu. Ir-rabta bejn il-lirika u l-mużika tagħmel din il-kanzunetta waħda li ddaħħlek fil-familjarità tal-ispirtu tal-Milied.

Smajtuha?

Facebook / Dominic Cini


Emil Calleja Bayliss