Nhar is-Sibt li għadda l-kantant Fabrizio Faniello kien qed jikkompeti fil-festival L-Għanja tal-Poplu, bil-kanzunetta ‘Dawl Għajnejja’ bil-lirika ta’ Emil Calleja Bayliss u bil-mużika tiegħu, flimkien ma’ Cyprian Cassar.

Minkejja li din il-kanzunetta ma kisbet l-ebda premju f’dan il-festival, qed tikseb il-fama fl-Iżvezja! Ilbieraħ ħarġet fuq il-platforms mużikali għall-ewwel darba u tidher li sejra tajjeb ħafna! Fil-fatt illum tinsab fil-45 post fuq iTunes tal-Iżvezja! X’unur! Kanzunetta bil-lirika Maltija tmur tajjeb ’il barra minn xtutna!

It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jgħid prosit lil Fabrizio Faniello tal-prestazzjoni eċċezzjonali li ta nhar is-Sibt. Apparti minn hekk, ngħidu prosit ukoll lil kull min kien wara din il-kanzunetta għax permezz ta’ kanzunetti bħal dawn, inkunu qed nissapportjaw it-talent lokali u l-lirika bil-Malti.

Facebook / Fabrizio Faniello


Yasmin Camilleri