Matul l-aħħar jiem kellna żewġ kantant lokali bravissimi oħra li għamlu isem sabiħ għal Malta. Fil-fatt iż-żewġ kantanti żgħażagħ ġabu riżultati mill-aqwa.

Nicole Hammett, il-kantanta żagħżugħa ta’ dsatax-il sena, Golden-buzzer Act f’Malta’s Got Talent (fl-2020) u t-tmien post fil-Malta Eurovision Song Contest 22, għadha kemm temmet b’suċċess il-vjaġġ tagħha fil-konkors internazzjonali La Bussola li sar bejn 17 u 24 ta’ Settembru 22 f’Marina di Pietrasanta, l-Italja.

fg

Nicole kienet l-unika kantanta Maltija li għaddiet mill-awdizzjoni b’żewġ kanzunetti għas-semifinali fejn kantat live, wara għall-finali u fl-aħħar għall-finalissima. Il-kantanta ġiet fl-ewwel post fil-kategorija tal-kanzunetti storiċi tal-Bussola, minn fost 100 semifinalist, bil-kanzunetta ‘Think’ ta’ Aretha Franklin u ġiet ikklassifikata fit-tielet post b’kanzunetta oriġinali tagħha, kompożizzjoni ta’ Marco Petriaggi, bit-titlu ‘La Voce Mia’. ż

Għandna wkoll lil Kristy Said, li klassifikat fl-ewwel post wara li kantat anke kanzunetti oriġinali tagħha fosthom Universe, waqt ANGEL VOICE. Kristy kisbet dan is-suċċess f'kompetizzjoni internazzjonali ġewwa s-Serbja.

gh

Għal Kristy imiss esperjenza oħra ġewwa r-Rumanija. Fil-fatt hi ġiet mistiedna biex tikkompeti ġo festival internazzjonali ieħor, u li fih ser tkun qed turi isem Malta għal darb'oħra.

Bravi! Kemm aħna kburin bit-talent Malti!


Kyle Zarb