Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, il-kantanta u għalliema tal-kant Gillian Attard qasmet mas-segwaċi tagħha aħbarijiet mill-isbaħ hekk kif kantanti Maltin ġabu riżultati mill-isbaħ waqt kompetizzjoni tal-kant f’Venezja fl-Italja.
Hi qalet, “awguri lill-kantanti tagħna li rrappreżentaw lil Malta fil-kompetizzjoni Creativita Senza Frontiere International Festival, Abano Terme, Venezia, Italy. Kburin wisq bikom u b’dak li rnexxielkom tiksbu.”
Ir-riżultati kienu:
Aidan Borg - rebbieħ tal-Junior Grand Prix u l-ewwel post fil-kategorija POP.
Audrey Schembri - rebbieħa tal- Movie & Musicals u t-tieni post fil-kategorija POP.
Katrina Micallef - it-tielet post fil-kategorija tal-lingwa nazzjonali u t-tielet post fil-kategorija POP.
Sadie Mifsud Borg - it-tielet post fil-kategorija POP u t-tielet post f’Movie & Musicals.
Prosit kbira lil dawn il-kantanti kollha. Tassew kburin bikom!