Il-battalja għall-quċċata taċ-charts mużikali, speċjalment lil hinn minn xtutna, hija waħda kiefra, makakka u mimlija tattika, biex inpoġġuha b’mod sempliċi. Is-suċċess jiddependi minn bosta fatturi bħax-xejriet popolari ta’ bħalissa – iżda min qatt seta’ jobsor li jkun karattru minn cartoon internazzjonali li ġġiegħel lil artisti stabbiliti jibżgħu minn dellhom?

Iggy

Getty Images / Jerritt Clark

Hekk hu: ftit jiem ilu, il-ħanżira eponima tal-cartoon Brittaniku Peppa Pig għadha kemm nediet album ġdid. Għalkemm huwa fuq kollox intenzjonat li jimmira t-tfal, bħalissa qiegħed jirċievi attenzjoni notevoli fuq siti bħal Twitter u YouTube peress li bosta huma dawk li qegħdin jagħmlu ċ-ċajt dwar din it-tentativa mużikali. Tant ġibed l-attenzjoni però, li r-rapper Awstraljana Iggy Azalea ddikkjarat li l-karriera tagħha fil-mużika dalwaqt ser jintemm.

Naturalment, dan kollu seħħ bħala ċajta ħelwa min-naħa tal-kantanta, peress li t-tnedija tat-tieni album tagħha ħabat mal-ħruġ tal-album ta’ Peppa Pig. Għaldaqstant mhux ta’ min jimmina l-ispinta li ħadet il-popolarità tal-cartoon: diġà għandha ‘l fuq minn 150,000 semmiegħa regolari fuq il-pjattaforma Spotify!

Nickelodeon


Kurt Gabriel Meli