Il-kantanta lokali Kelly Rose Moncado Rizzo, bl-istagename KEL, qed tagħmel suċċess fil-karriera mużikali tagħha u tagħmilha mal-aqwa kanzunetti fic-charts Taljani. KEL nediet kanzunetta bl-isem Tarantella f'kollaborazzjoni flimkien ma' Gabry Ponte.

"Ninsab fost l-aktar 25 artisti Taljani li jinstemgħu barra minn Malta fl-ewwel nofs tal-2024. Tassew eċitata!," tikteb KEL. Xerrdet anke l-post uffiċjali ta' Billboard Italia li turi li l-kanzunetta tagħha u ta' Gabry Ponte, tinsab fl-10 pożizzjoni.

Prosit kbira KEL!

Facebook/ Kelly Rose Moncado Rizzo


Gwida.mt