Nhar il-Ġimgħa li għadda, il-mistieden li jmiss fuq il-programm televiżiv Min Imissu?! kien il-kantant Renato.

Waqt l-intervista tiegħu ma’ Karmelo Arancini u Eclaire, Renato stqarr kif f’waħda mill-edizzjonijiet tal-Istrina, hu kien libes ta’ Ira Losco, b’libsa bix-xniexel, u kanta d-diska tagħha 7th Wonder quddiem kulħadd.

Jgħid li l-libsa tant kienet qasira li kien “bil-patata barra!”

Biex jaqbad miegħu, Karmelo Arancini qallu “Probabbilment waqfu jdoqqu t-telefowns dak il-ħin” u Renato qallu “Eħ, x’waqfu waqfu, iktar bdew idoqqu!”

renato
Ritratt: Facebook/Min Imissu?

Hawn xi ħadd jiftakar lil Renato f’din l-edizzjoni tal-Istrina?

Facebook/Min Imissu?/Renato Micallef


Nicole Barbara