Ritratt li ttieħed ġewwa l-ajruport Żvizzeru f’Basel, juri l-isem oriġinali tal-kanzunetta rebbieħa tal-MESC 2025, Kant, jintuża għar-riklam ta' Duolingo.
Banner ġdid li ttella' ġewwa l-EuroAirport Basel juri l-kokka popolari ta' Duolingo, bid-dehra li kellha Miriana Conte fil-MESC 2025, flimkien mal-frażi: “Tgħallem kif isservi l-Kant f'aktar minn 40 lingwa” Bosta kkummentaw dwar dan, fejn xi wħud bdew jiktbu, "Duolingo jservi dejjem!"
Kien hemm min anke emfasizza l-fatt li l-kanzunetta Maltija u l-kelma Maltija 'kant', tassew ħallew impatt qawwi f'bosta partijiet tal-globu. Interessanti din!
Facebook/ Miriana Conte