Il-programm popolari Kalamita se jkun qed jibda fuq SMASH TV minn nhar it-Tnejn, 30 ta’ Settembru. Sal-iskeda li għaddiet il-programm kien jixxandar fuq ONE TV iżda l-preżentatur aktar kmieni din is-sena ħabbar li se jkun qed jimxi bil-programm tiegħu fuq SMASH, kemm il-programm televiżiv u anke dak fuq ir-radju.
Tul is-snin Kalamita, magħruf għall-kontenut varjat tiegħu, b’mod speċjali l-intervisti interessanti u segmenti kulturali, għamel isem tajjeb mal-pubbliku. Il-preżentatur popolari tal-programm se jkompli joffri stejjer ispiranti u diskussjonijiet interessanti fuq SMASH TV, fejn qed jittama li jilħaq udjenza ġdida, filwaqt li jżomm id-dedikazzjoni tiegħu għall-kontenut ta’ kwalità li dejjem kien joffri.
It-trasferiment għal SMASH TV mistenni jġib dehra frisk għall-programm, u jibda kapitlu ġdid fl-istorja ta' Kalamita, li għadu wieħed mill-programmi lokali li jżomm is-segwaċi tiegħu dejjem attenti u interessati.
Facebook / Alfred Zammit