“20 sena ta’ Kalamita li fihom fraħna u bkejna f’mumenti differenti mat-telespettaturi tagħna. 20 sena ta’ suċċessi bis-saħħa tan-nies. Inħossni ser nagħmel Kalamita l-ewwel darba għax kull sensiela fija storja.” Hekk hu, kif spjega tajjeb Alfred Zammit stess, din is-sena hi l-20 sena ta’ dan il-programm fuq ONE.

Kalamita, il-programm li tul dawn l-aħħar għoxrin sena ra diversi mistiedna u esperti minn kull fera tal-ħajja. Tul dawn is-snin dejjem ra kif jagħti ċans kantanti żgħażagħ lli llum il-ġurnata qed jagħmlu suċċess kemm f’Malta u anke barra minn xtutna.

Ritratt: Facebook / Kalamita

Kalamita, il-programm li tul dawn l-aħħar għoxrin sena ra diversi mistiedna u esperti minn kull fera tal-ħajja. Tul dawn is-snin dejjem ra kif jagħti ċans kantanti żgħażagħ lli llum il-ġurnata qed jagħmlu suċċess kemm f’Malta u anke barra minn xtutna.

X’żamm lil Kalamita ħaj u popolari? Alfred jgħid li: “Sena wara sena għal dawn l-aħħar 20 sena dejjem kellna ideat innovattivi. In-nies turik meta tixba’ minnek. Nibqgħu leali u onesti f’dak li nagħmlu u anki l-20 edizzjoni tkun suċċess.Ix-xandir mhux każin fejn tista’ tgħid li trid, iżda kull min ixandar irid jara li nkunu mezz ta’ tagħlim u edukazzjoni għall-Poplu tagħna u naturalment divertiment.”

Ritratt: Facebook / Kalamita

Alfred jistqarr: “Kalamita kien u baqa’ l-aktar programm konsistenti ta’ kuljum fuq l-istazzjonijiet lokali. Illum it-tim kiber anki ta’preżentaturi. Is-Sigriet hija l-kariżma u li dejjem bqajna viċin in-nies. It-telespettatur huwa bħal membru tal-familja.”

X’għandna nistennew minn dawn il-programm din is-sena? Din is-sena Kalamita ser ikun akbar min qatt qabel biex jiċċelebra l-għoxrin sena tiegħu. Ser ikun hemm diversi mistiedna li hemm minnhom taw servizz lit-telespettaturi ta' Kalamita tul dawn l-aħħar għoxrin sena.

Ritratt: Facebook / Kalamita

Magħhom ser jingħaqdu diversi mistiedna ġodda biex ikomplu jkabbru is-suċċess ta’ Kalamita, għalhekk mil-lum 30 ta’ Settembru u kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa minn nofsinhar sal-erbgħa neqsin kwart, ingħaqdu ma’ Alfred Zammit, Tiziana Calleja, Romilda Zarb, Marisa D'Amato u Veronica Farrugia biex magħhom tiċċelebraw għoxrin sena ta’ Kalamita!

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida nawguraw lit-tim kollu aktar u aktar snin ta’ suċċess. Ċertament li t-telespettaturi jkunu ħerqana għal programm ta’ suċċess bħalma hu Kalamita.

Facebook / Kalamita


Emil Calleja Bayliss