Grupp ta' erba' ġuvintur, xi ħaġa kompletament differenti milli wieħed jistenna. Justin stqarr li kien qed iħossu differenti mill-oħrajn imma meta tkellem u fetaħ qalbu mal-bqija ta' sħabu aċċertawh li flimkien huma għandhom xi ħaġa speċjali.

Huma jidher li niżlu tajjeb mal-parteċipanti u anke mal-ġurija. Ray mill-ewwel faħħarhom bħala karattri. Min jaf x'ħa nistennew minn dan il-grupp? Tgħid l-inċertezzi ta' Justin ħa jerġgħu jitfaċċaw jew inkella ħa jintesew kompletament?

Facebook / X Factor Malta


Emil Calleja Bayliss