Justin Mamo Paris, qatt ma kanta u ftit qatt semgħuh ikanta. Imma ddeċieda li jipprova jidħol għal X Factor. Qabel din l-audition iddeċieda li jieħu xi ftit lezzjonijiet tal-vuċi u milli jidher swew għax il-ġurija qalulu IVA!

Justin jaqsam l-istorja tiegħu u jgħid li waqt li kien qed jipprepara għal operazzjoni cosmetic, sabulu xi lumps f'sidru u ġie operat. Jispiċċa jagħmel l-appell sabiex dak li jkun jiċċekja ġismu u jisma' mill-pariri li jgħaddu diversi professjonisti, inkluż fuq it-televiżjoni.

L-avventura tiegħu tkompli... f'dan il-programm għax il-ġurija dehrilhom li għal xi ħadd li qatt ma tgħallem għandu potenzjal! Howard ikkumentalu fuq is-saħħa tal-vuċi tiegħu! Awguri Justin!


Emil Calleja Bayliss