Just-Sarah huwa l-isem tal-blogg li tieħu ħsieb Sarah Grech, blogg li jitkellem dwar id-dinja tal-moda u dak kollu li għandu x'jaqsam magħha. Kull min isegwi lil Sarah, jew fuq Facebook jew inkella fuq Instagram jaf li dejjem b'xi pariri ta' dak li għandek tilbes jew dwar dak li qed jiġri fl-industrija tas-sbuħija.

Barra dan kollu iżda, hemm parti oħra f'ħajjet Sarah li hi importanti u għal qalbha mmens. Hi flimkien ma' grupp ta' nies oħra ħa jkunu qed jorganizzaw Tombola Fundraising event f'isem ALS, fid-19 ta' Ottubru ġewwa l-Iskola Primarja ta' Santa Venera.

Din l-attività qed issir b'tifkira ta' Joseph Ghigo, missier ħabiba ta' Sarah li ġie nieqes riċentament minħabba l-marda rari magħrufa bħala CJD, li sal-lum il-ġurnata ftit li xejn għad hemm informazzjoni dwara.

It-tfal ta' Joseph, Arianna Cutajar Ghigo u Annalise Camilleri Ghigo ukoll ħa jkunu qed jgħinu f'dan l-avveniment u qed jieħdu ċ-ċans li jagħtu spinta kemm jistgħu sabiex jinġabru kemm jista' jkun fond!

Sarah fuq il-paġna tagħha u wkoll il-profil ta' Instagram għamlet appell għal għajnuna u fakkret lil kulħadd li azzjonijiet żgħar mingħand ħafna nies joħolqu bidla kbira, dik hi l-missjoni tagħha flimkien ma' sħabha li qed jorganizzaw din l-attività.

F'isem Gwida.mt nawgurawlha li din tkun ta' suċċess u nikkoraġixxuha li tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha biex tgħin min hu fil-bżonn! Prosit Sarah! Ibqa' għamel differenza!

Facebook / Just-Sarah


Emil Calleja Bayliss