It-tielet u l-aħħar film ta’ Jurassic World hu ppjanat li joħroġ f’Ġunju 2021. Apparentament, il-filming beda s-sajf li għadda u x’aktarx li waħda mill-lokazzjonijiet se tkun Malta.

Għalkemm dan għadu ma ġiex ikkonfermat, huwa fatt li Malta qed tiġi kkunsidrata sew għal dan il-proġett. Għal xi raġuni jew oħra, din l-aħbar ma tantx ġiet imxerrda fuq il-medja soċjali.

Jekk rajtu l-aħħar film ta’ Jurassic World li ħareġ, juri kif id-dinosawri m’għandhomx gżira fejn jgħixu iżjed, għax dik li kellhom ġiet meqruda minn vulkan attiv.

Allura jista’ jkun li Malta se jkollha l-irwol tal-gżira l-ġdida tad-dinosawri? Jekk hu hekk, ifisser li l-atturi prinċipali, bħal Chris Pratt, Bryce Dallas Howard u Jeff Goldblum, jaf jiġu Malta għal filming.

YouTube/Klayton Fioriti


Nicole Barbara