Wara snin u xhur ta' ħidma u stress, ħafna studenti jħosshom fis-seba' sema' meta jaslu fil-punt li jirċievu l-premju tal-isforz kbir li għamlu. Ftit ilu rajna diversi ritratti, filmati u messaġġi ta' hena u sodisfazzjoni fejn diversi studenti lokali waslilhom il-mument li jiġu premajti, il-gradwazzjoni!

Waħda minnhom kienet bint il-preżentatriċi Simone Cini, li l-ġimgħa l-oħra wkoll gradwat. Simone ferħet lil bintha fil-waqt li kitbitilha kemm hi għamlitha kburija u b'ton ta' sodisfazzjon kitbitilha, "Kbirt wisq malajr!".

Awguri mill-qalb lil Eliza, u nifirħu wkoll lil Simone u lill-familja kollha f'dawn il-mumenti sbieħ!


Kyle Zarb