Illum jiċċelebra għeluq sninu, l-attur, kompożitur u kantant lokali Augusto Cardinali. Augusto beda l-jum tiegħu b'messaġġ fuq il-profil ta' Facebook tiegħu.
Hu jgħid, "Illum 55. Jum li nixtieq niddedikah lil dawk kollha li għamluli ħajti mżewqa b'kull kulur. Niddedikah lil dawk kollha li ħabbewni u jafuni. Niddedikah lil dawk kollha li fehmuni u ħadmu miegħi."
Augusto jkompli jgħid, "Jum li fih infaħħar lil Alla li mlieni b'talenti u nwiegħed li nużahom kollha sabiex inkattar il-ġid, il-ferħ u t-tama."
Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Augusto l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu u nittamaw li jkollu ġurnata b'dak kollu li tixtieq qalbu. Awguri mill-qalb!
Facebook / Augusto Cardinali