Il-festa pubblika tal-lum tfisser ħafna iktar minn biss ġurnata franka mix-xogħol. Fit-8 ta’ Settembru niċċelebraw il-festa tal-Vitorja, fejn nikkommemoraw it-twelid tal-verġni Marija (il-Bambina), li tiġi ċċelebrara fix-Xagħra, il-Mellieħa, in-Naxxar u l-Isla.
Iżda dan mhux biss, hemm 3 ġrajjiet oħra li sawru lil pajjiżna li bosta jinsew f’din il-ġurnata. Dawn huma tmiem l-Assedju l-Kbir ta’ l-1565 bir-rebħa fuq l-Imperu Ottoman, tmiem l-Imblokk kontra l-Franċiżi fil-Belt Valletta fl-1800, u tmiem l-attakki minn forzi Taljani fuq Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija fl-1943. L-istorja ta’ pajjiżna mżewqa wisq b’avvenimenti importanti!