"Jum Il-Missier Tal-2021 Ma Setax Iġibli Rigal Aħjar Mingħand Marti" – Andy Catania Magħruf Bħala Ġino Ta' Klassi Għalina Jsir Missier!

Andy Catania, magħruf għall-karattru ta’ Ġino waqt Klassi Għalina għadu kemm irċieva l-isbaħ rigal għal Jum il-Missier. F’din il-festa speċjali kellu jsir missier!

Hu jħalli messaġġ ta’ gratitudni u ta’ ferħ għal din il-grazzja li rċevew hu kif ukoll il-familja kollha tiegħu. Jindirizza anke erba’ kelmiet lil ibnu li għadu kif twieled. “Il-ħajja hi vjaġġ twil ħafna – aħna nwiegħduk li ħa nkunu hemm għalik f’kull pass tat-triq.”

It-tim ta’ Klassi Għalina feraħ u bagħat l-awgurju lil Andy, lil martu Christine u lil ibnu l-kbir Jamie għal din l-aħbar mill-isbaħ fuq il-paġna uffiċjali. “Merħba liċ-ċkejken Samuel Lucas!” 





F’isem Gwida.mt nifirħu lil Andy u lill-familja kollha minn qalbna! 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI