Miriam Pace, li kienet tilfet ħajjitha fi traġedja bħal-lum sena , Matthew binha jagħlaq sninu. U llum iħalli dan il-messaġġ ta’ swied il-qalb fl-istess ħin paċifiku fuq il-profil tiegħu, messaġġ li wieħed fih x'jomgħod.

“Illum 2 ta’ Marzu, jum għeluq snini, jum li bħal-lum sena ħallejtna, jum li niġi fid-dubju jekk għandix nifraħ għax kbirt sena oħra jew jekk għandix nħoss diqa li tlift l-iktar persuna li kienet hemm għalija tul ħajti kollha. Min jafni jaf li ma tantx inħobb nikteb fuq il-mezzi socjali pero dan il-jum wisq impatta lili u lil familti b’mod mill-iktar surreali biex ma nikteb xejn fuqu. Din is-sena kienet sena mimlija ostakkli u diffikultajiet li kellna bilfors ngħaddu minnom biex nerġgħu niġu fuq saqajna. Il-ħajja tinħass ferm itqal u iebsa mingħajr il-kliem ta’ sapport tiegħek li mhux biss kont tagħti lilna iżda kont tagħti lin-nies ta’ madwarek. Int ukoll dejjem emmint fis-sewwa, fil-ġustizzja u fil-proxxmu u dawk il-valuri ħa nibqa’ inħaddanhom tul ħajti kollha għax hekk biss int tista’ tibqa’ ħajja f’qalbi.

Jien tul ħajti dejjem emmint fis-saltna tad-dritt u fil-ġustizzja kif għandu jkun f’pajjiż demokratiku. Hemm min jgħidlek biex tieħu l-ġustizzja b’idejk pero allaħares naslu f’dak l-istat u naqgħu f’dan il-livell baxx u barbariku għax jien nemmen li Malta kapaċi tagħmel ġustizzja maċ-ċitaddini tagħha u barra minn hekk nemmen li jekk verament irridu nistgħu nbiddlu s-sistema f’dan is-settur li sfat vittma ommi għall-aħjar...pero dejjem irid jkun hemm il-ħeġġa li jsir dan.Grazzi Ma u nitolbok tħarisna minn hemm fuq.”

Kondoljanzi lil Matthew u lil familja tiegħu, awguri lil Matthew, u kuraġġ għal din il-ġurnata iebsa minn għandna Gwida.mt.

Facebook / Matt Hew


Rowena Calleja