Il-kantanta lokali Julie Pomorski bdiet il-karriera tagħha fl-età ta’ tmien snin bħala waħda mill-preżentaturi tal-programm tant maħbub KikkiRiki, li ppreżentat għal tliet snin flimkien ma’ Brandon Borg. Wara dan, kompliet tippreżenta programm ieħor għat-tfal bl-isem ta’ Hip Hip Hurray.

Erba' snin wara bdiet tippreżenta l-programm Remissa, kif ukoll bdiet tieħu sehem f’diversi sezzjonijiet li kienu jiffurmaw parti minn magazine programmes dedikati għat-tfal. L-aħħar darba li dehret fuq it-televiżjoni kienet madwar sitt snin ilu fil-programm Pudinu li kien jixxandar fuq TVM.

Julie dejjem kienet assoċċjata mal-programmi tat-tfal. Issa, fis-sajf li ġej, Julie Pomorski ser tagħmel ir-ritorn tagħha fuq l-istazzjon fejn bdiet il-karriera tagħha meta kienet għadha tifla, l-istazzjoni ONE. Hija se tkun waħda miż-żewġ preżentaturi tal-programm ġdid tas-sajf li se jkun qed jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-16:00 u s-18:30. Il-programm jidher li se jibda mis-7 ta’ Lulju.

Facebook / Julie Pomorski


Emil Calleja Bayliss