Julia Ann Cluett Tirbaħ Miss Universe Malta U Se Tirrappreżenta Lil Malta Fit-Tajlandja!

Julia Ann Cluett f’isem il-Furjana ġiet inkurunata bħala Miss Universe Malta 2025 wara finali spettakolari li saret ilbieraħ filgħaxija li xxandret live fuq TVM.

Bil-karizma, l-intelliġenza u l-eleganza tagħha, Julia rebħet il-qlub tal-ġurija u tal-pubbliku, u issa se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni internazzjonali ta’ Miss Universe, li se ssir aktar tard din is-sena fit-Tajlandja.





Fit-tieni post ġiet Miss Santa Lucia filwaqt li fit-tielet post ġiet Miss Mosta. Miss Sliema u Miss St. Julians kienu wkoll mal-aħħar ħamsa. Id-darba li jmiss, Julia se tkun qed tissielet għall-kuruna globali fost kandidati minn madwar id-dinja. Bħala rappreżentanta tal-gżira tagħna, hi ċertament li se tħaddan l-valuri, il-kultura u s-sbuħija unika ta’ Malta fuq il-palk internazzjonali.

Waqt id-diskors tagħha wara r-rebħa, Julia rringrazzjat lill-familja tagħha, lit-tim tal-organizzazzjoni u lil kull min emmen fiha għax il-ħolma tagħha saret reali. Il-poplu Malti issa jħares ‘il quddiem b’kburija u tama hekk kif Julia tibda t-tħejjijiet tagħha għall-avventura globali. L-isbaħ xewqat, Julia!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI