Ftit tal-ħin ilu għadha kemm seħħet ftit drama taħraq ġewwa d-dar ta’ Big Brother hekk kif Josline kellha deċiżjoni importanti x’tagħmel. Id-deċiżjoni għamlitha, u bgħatet lil Erica għall-vot tal-publiku għal nhar il-Ħadd li ġej. Josline għadha fiċ-ċans li ssir Head of House, iżda eliminat lil Erica minn dan iċ-ċans kif ukoll bgħatitha għall-vot tal-publiku.

S’issa sitt kontestanti kellhom iħallu d-dar tal-Big Brother hekk kif fadal biss 9 kontestanti biċ-ċans li jirbħu l-ewwel edizzjoni ta’ Big Brother Malta. Il-kontestanti eliminati huma Dwayne, Matthias, Donnah, Raissa, Kyle u Claire.

S’issa, din il-ġimgħa qiegħda fiċ-ċans li titlaq mid-dar Erika. Nistennew u naraw!

TVMI


Charlton Cefai