Josuel Grech li huwa impersonatur magħruf bħala Josuel As Elvis, ħabbar l-aħbar mill-isbaħ li rebaħ l-kompetizzjoni bħala l-aqwa tribute artist fil-Parkes Elvis Festival.
It-32 sena tal-festival hija tematika dwar il-film ta’ Presley tal-1967 ‘Easy Come, Easy Go’ u timmarka dak li kien ikun għeluq id-90 sena tiegħu. Il-festival huwa l-akbar ċelebrazzjoni tar-re tar-rock 'n' roll fl-emisferu tan-Nofsinhar.
“Għadni kemm irbaħt fil-Parkes Elvis Festival!” hu ħabbar ftit tal-ħin ilu fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu. “Grazzi lil kulħadd li wera s-sapport u l-imħabba tiegħu hawn ġewwa l-Parkes Elvis Festival.”
Aħna mit-tim ta’ gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Josuel għal dan is-suċċess mill-aqwa!
Facebook/Josuel Grech