Fuq il-programm Sibtek, ta' kull nhar ta' Sibt tqajmet diskussjoni interessanti ferm mal-mistiedna. Ryan kellhom erba' bloggers u influencers flimkien ma' Josephine Mallia u Miriana Ferrito.
Huma jitkellmu ta' kif bdew il-bloggs tagħhom u l-interess tagħhom minn fejn ġie! Huma jispiċċaw jiddiskutu wkoll il-benefiċċji, li fl-aħħar mill-aħħar m'hemmx biss affarijiet negattivi fuq il-midja soċjali. Anzi hawn bloggers u influencers li jipprovaw jużaw dawn il-mezzi biex jgħaddu messaġġ!
Tqum id-diskussjoni dwar id-dehra, li ovvjament kulħadd jipprova jixħet l-aqwa materjal tiegħu biex jimpressjona. Jospehine tgħidilhom li fl-aħħar mill-aħħar hi tkun taf x'persuna vera hi meta tiltaqa' magħha, tant u hekk li tikkumplimenta lil dawk kollha li kienu fuq il-panel.
JJ Chircop